Qażquż mhux tas-soltu

Qażquż żgħir b’żewġt irjus, li safa abbandunat biswit tempju Ċiniż, ġie adottat minn bniedem li nzerta għaddej mit-triq.Qazquz mhux tas-soltu BDL Books

Il-qażquż, li nstab fil-belt ta’ Xinkou, għandu tlett widnejn u hu kapaċi jiekol biż-żewġt iħluq. Madankollu, il-piż taż-żewġt irjus ma jippermettulux li jqum fuq saqajh jew jimxi.

Yang Jinliang, is-sid il-ġdid tal-qażquż jittama li jikseb l-għajnuna mill-esperti tal-annimali, biex ikun jista’ jżommu. Dan peress li fil-lokal, sar ċelebrità man-nies.

Xi xhur ilu, f’Chongqing, twieled qażquż ieħor b’żewġt irjus, iżda miet tlett ijiem wara.