
Sidtha, Kim Dillenbeck adottat lil din l-annimal li ngħatat l-isem ta’ Pig waqt vjaġġ li għamlet f’Atlanta biex iżżur lil oħtha.
Tirrakkonta li fi żmien il-Milied, marret ma’ oħtha għand xi ħbieb biex jieħdu kolazzjon u xi ħadd semma l-istorja ta’ Pig. Ilkoll marru fid-dar ta’ din l-persuna biex jarawha.

Pig, li twieldet fis-selvaġġ, ittieħdet ma’ ħutha, minn mara li semgħethom jinbħu. Meta ħadet lil Pig għand veterinarju, qalilha li għandha kustilji neqsin, ġogi mdawrin ħażin u x-xewka ta’ daharha mhix kif għandu jkun.
Minkejja l-qies tagħha, li hu ta’ nofs kelb, Pig, li għandha tmien xhur, tista’ tikber aktar. Sidtha l-ġdida tinsab f’dilemma: bejn tixtieqha tikber ftit ieħor, iżda fl-istess ħin tibża’ li jekk tikber, tasal biex tmut.