L-ixjeħ rekord fuq l-Everest

Charles B. Spiteri

Ġappuniż ta’ 80 sena sar l-ixjeħ raġel li tela’ fil-quċċata tal-Muntanja Everest

altXi żmien ilu, Yuichiro Miura rnexxielu jitla’ fuq nett tad-29,035 pied, u kiser ir-rekord li kien wettaq ir-rival tiegħu ta’ 81 sena min-Nepal, Min Bahadur Sherchan.

Snin ilu, Yuichiro Miura tela’ l-istess muntanja, iżda ma rnexxilux jegħleb lil Sherchan, sal-quċċata, li meta wettaq ir-rekord, kellu 76 sena.

Mill-quċċata tal-Everest, Yuichiro u ibnu Gota, ikkuntattjaw lit-tim tal-appoġġ tagħhom, biex ħabbrulhom l-aħbar. Yuichiro qal “qed inħossni l-aqwa fid-dinja, iżda għajjien totalment.”

Meta tħabbret l-aħbar, Min Bahadur Sherchan kien qed iħejji biex jipprova jerġa’ jikseb rekord għalih.