Eku tal-Gwerra l-Kbira

Mur ara kieku dan il-mutur kellu jinstaq f’Malta minn xi sewwieq li jitlagħlu malajr fit-traffiku… xi straġi jwettaq!Kif qegħdin taraw, dan hu mutur uniku, li armat fuqu għandu machine-gun. Dan intrama kważi mitt sena ilu, għall-Ewwel Gwerra Dinjjija.BDL Books - Laqtiet
L-istess vettura perikoluża kienet intenzjonata li tintuża mill-armata Russa, iżda sa meta kellu jintbagħat, Lenin ħareġ mill-gwerra minħabba r-Rivoluzzjoni Russa, u għalhekk qatt ma tħaddem.
Numru ta’ muturi tad-ditta Matchless, li jlaħħqu għal 250 wieħed, inbiegħu bi rkant fl-1918, u minnhom inġabru €90 il-wieħed – iżda wieħed mill-aħħar mudelli li fadal, mistenni jinbiegħ għal €41,956.
Iċ-ċertifikati tar-reġistrazzjoni juru li l-ewwel sid tiegħu kien Edward Foster, minn Dorchester f’Dorset, iżda ftit kienet magħrufa l-istorja tiegħu sa ma fl-1998 inxtara minn Chris Roberts, entużjast tal-Ewwel Gwerra Dinjija.
Il-mutur jinsab f’kundizzjoni kważi perfetta, għax għal dawn l-aħħar sittin sena kien maħżun sew f’post bla umdità.
Chris, li hu membrtu tas-Soċjetà tal-Gwerra l-Kbira, se jirrestawra l-mutur skont l-ispeċifikazzjonijiet oriġinali tiegħu, li kienu jinkludu l-machine-gun Vickers. Din għandha tliet mounts separati biex min ikun se jispara minn fuq il-mutur ikun jista’ jagħmel dan fid-direzzjonijiet kollha.
Il-mutur hu wieħed minn tlieta biss fil-pajjiż, li kienu armati bil-machine-gun; it-tnejn l-oħra jinsabu fil-mużewijiet – u dan hu l-uniku li għadu sħiħ, magħmul mid-ditta Matchless.
Skont l-irkantaturi ‘Bonhams’ kien mistenni li għalih jitħallsu bejn €34,963 u €41,956.