Il-programm Sensiela Fanali

Għeżież edukaturi u ġenituri/kustodji,

Qegħdin nippreparaw kors biex jgħin lit-tfal jitgħallmu jaqraw. Dan il-kors se jkun jinkludi l-materjal u r-riżorsi bl-awdjo b’kollox meħtieġa mit-tfal biex jitgħallmu l-fonetika tal-ittri u l-kliem (phonics and blending). Barra dan se nieħdu ħsieb li ninkludu struzzjonijiet għall-edukaturi u l-ġenituri biex dawn ikunu jistgħu jgħinu lit-tfal fil-vjaġġ tagħhom biex jitgħallmu jaqraw sewwa.

Aħna konvinti li b’dan il-kors, bir-riżorsi kollha li se jkun fih, it-tfal jistgħu jibdew jaqraw sewwa fi ftit żmien. Għaldaqstant, sakemm inlestu dan il-materjal, nitolbukom timlew il-formula t’hawn taħt ħalli nżommukom infurmati ladarba dan il-kors jitlesta.

*