Żift

Martin Morana

ŻIFT   1. Għelk li joħroġ mis-siġra taż-żnuber. Dan jista’ jissajjar u b’hekk isir ta’ kulur sewdieni. 2. Kelma oħra għal-likwidu li jixbah lill-qatran.

Din il-kelma ġieli tingħad bħala ewfemiżmu għal kelma oħra vulgari. Hemm qawl li jgħid hekk: Il-qorti għatba taż-żift, tmidd sieqek fuqha u teħel.