F’ġieħ il-mara Maltija li żammet il-familja.
Taħleb in-nagħġa filgħodu u l-ħalib fil-barmil taż-żingu jew bieqja żgħira u tagħmlu fil-barmil.
Trab mill-pilloli tfarrakhom u tqegħidhom fil-qwieleb. Wara tnax-il siegħa ħa jibbiesu u tqegħidhom fil-qanniċ. Jumejn biżżejjed fis-sajf. Fix-xitwa iżjed. Billejl jibqgħu hemm iqattru.
Xħin jinxfu sew tagħmilhom fil-ħall iswed mgħerrqin u mbagħad fil-bieqja. Erbat ijiem fil-ħall. Wara tagħmel bżar iswed u jkollhom il-bżar fuqhom. Magħmul jaħraq, ġo vażett, il-bżar ġol-vażett u ħall fuqu. Iżżid il-ħall jgħidulu semel. Magħluq tajjeb, bla arja, il-flixkun għax jitnawru u jmorru.
Tifsiriet:
Bieqja: skutella
Qanniċ: gabarrè tal-qasab li fuqu jitqiegħdu l-ġbejniet biex jinxfu
Semel: butir
Żingu: tal-ħadid (irqiq)
Bl-għajnuna ta’ Joe Camilleri, bidwi Mosti Malti u tfajla Maltija li tagħmel il-ġbejniet kuljum.