L-imħabba ma tmut qatt

Jekk hawn xi ħaġa li tmut, żgur mhix l-imħabba. Fi żminijietna, din qed titlef minn qawwietha minħabba li d-drittijiet qed jisbqu d-dmirijiet u għalhekk kulħadd jippretendi li hu ugwali u li mhux bżonn wieħed tal-oħra u viċi versa.

Iżda din l-istorja tal-lum hi ferm differenti, għax George Kirby, li beħsiebu jiżżewweġ lil Doreen Luckie, ta’ 92 sena fit-13 ta’ Ġunju li ġej; dakinhar taż-żwieġ tiegħu jagħlaq 103 snin.

L-imħabba ma tmut qatt BDL Books

Hekk kif jiżżewġu, ikollhom flimkien 195 sena u 281 jum. Ir-rekord ta’ qabel kien ta’ 188 sena.

Madankollu, id-deċiżjoni li jiżżewġu ma tteħditx f’ħakka t’għajn: George u Doreen ilhom speċi ta’ jinnamraw għal 27 sena.

Huma ltaqgħu fl-1988 meta t-tieni żwieġ ta’ George intemm f’divorzju u Doreen kienet romlot. George u Doreen se jiżżewġu fil-belt tagħhom ta’ Eastbourne, fix-Xlokk tal-Ingilterra.