Misraħ

Martin Morana

MISRAĦ (pl. msieraħ)   Ġan Franġisk Abela (1647) jiddeskrivi l-misraħ bħala l-pjazza tar-raħal qrib il-knisja, fejn in-nies kienu jinġabru fil-jum tal-Ħadd jew f’xi festa pubblika biex iqattgħu l-ħin jitħaddtu flimkien. Fil-ktieb Place-names ta’ Godfrey Wettinger insibu aktar minn erbgħin post li fih hemm inkluż dan l-appellattiv. Biss, dawn x’aktarx kienu nħawi fejn jirgħaw il-mogħoż. Fost dawn insibu Misraħ il-Kbir, Misraħ il-Mitħna, Misraħ il-Wardija u l-Imsieraħ, li llum ħafna minnu nbena u sar il-lokalità ta’ San Ġwann.