Lill-Arċisqof il-Ġdid (Frar 2015)

Charmaine Tanti M.A.

Fil-pajjiż ilbieraħ ġriet l-aħbar

Li Scicluna l-arċisqof kien sar.

Il-Mulej kien, fl-aħħar, sema’ t-talb

Tal-Maltin kollha ħiereġ mill-qalb.

Konna ilna nistennew ix-xhur,

U ħadd minna ma kien jaf fiż-żgur

Min ser ikun tal-Knisja l-mexxej,

Wara Cremona tgħid min kien ġej?

Intgħażel minn fostna saċerdot,

Isqof diġa`, fil-valuri sod.

Ta’ Missierna San Pawl suċċessur,

Il-mexxej tal-Knisja tal-futur.

Dana għandu biss ħamsa u ħamsin,

Bniedem ħabrieki, ma jitlifx ħin.

Ċerta li se jkun bil-wisq maħbub

U li tan-nies se jisraq il-qlub.

Ċerta li se jagħmel ħafna ġid

U l-fidi fost il-poplu se jżid.

Mela, ejjew nitolbu għalih

Biex il-Mulej l-għajnuna jagħtih!

Lil Scicluna, l-arċisqof il-ġdid,

Ħerqana biex jekk Alla jrid

Narah jinħatar fi ftit ġimgħat,

Nawgura lilu l-isbaħ xewqat.