Joseph C. Camilleri

altPensjonant, eks kap ta’ skola u kittieb tal-artikli. Twieled f’Ħal Tarxien fl-1953. Ħa l-edukazzjoni tiegħu fil-Liċeo, il-Malta College of Education u l-Università ta’ Malta. Daħal jaħdem bħala għalliem fl-iskejjel tal-istat fl-1977.

Camilleri kiteb diversi artikli dwar l-istorja, l-arti u l-folklor f’diversi gazzetti u rivisti, fosthom Il-Mument, It-Torċa, In-Nazzjon Tagħna, Sagħtar, Heritage, Civilazation, Ħabbar, Dawl Franġiskan u L-Antenna. Hu ppubblika wkoll fil-Malta Year Book u L-Imnara. Ta sehmu f’Biographies of the Twentieth Century (1997), u Folklor (2004).

Ħareġ żewġ kotba: Ġabra ta’ Leġġendi (2010) u A taste of Maltese Folklore, tradition and heritage (2015). Hu miżżewweġ lil Grace, née Attard, u għandhom żewġ subien – Deo u Jan. Illum Joseph hu nannu ta’ tifel – Luca.