
L-ewwel ħaġa ara x’teħtieġ, ikteb jew stampa, saqsi u ara min jista’ jagħmlu x-xogħol u kemm. Mhux min jgħidlek l-ogħla ! Ara, għarbel u aqta’, m’hemmx paroli imma ikteb u ara x’ħin se jibda x-xogħol u meta jispiċċa.
Mhux kulma jleqq deheb, l-iżjed meta trid minn oħrajn, it-terturi li jtuk, tispiċċa ma sserraħ fuq ħadd. Ħajtek tiegħek u inti tmexxi bis-sabar u d-dehen. Xtarr, fittex u stenna fl-aħħar issib x’tixtieq, tistaqsix lil min ikabbarhom, imma lil min isib tarf tat-taħbil tal-ħajja.
Min irnexxa f’kotba, bini, għaqdiet; għax ħa ħsieb hu. Ġorġ Preca (1880-1962) ‘ara’ kif mexxa, għaqda bdieha u komplieha b’kulħadd kontrih. Daħal fl-irqaqat. Illum qassis, illum qaddis.
Mikiel Anton Vassalli (1764-1829) waħdu mexxa, ħadem, tħabat u llum min jifhem, jogħxa bix-xogħol tiegħi.
Dejjem hemm it-terturi fil-ħajja; jew tirkibhom int, jew jirkbu lilek.
Saħħa
BILĦAQQ għada l-festa ta’ San Martin ta’ Tours. Nittama li l-Ħadd li għadda 8th Novembru 2015 ħsibtu għal borża ta’ San Martin għat-tfal.
O kemm tagħtuni terturi !