Kliem u Paroli

Joseph Henry Abela, Qassis
altIl-Malti jgħid: Asħaħ kelmet il-Malti minn kelmet is-sultan u kieku kull min għandu daqna raġel kieku l-bodbod missier l-irġiel.
 
Fihom x’ taħseb u fl-istess waqt iserrħulek rasek li fid-dinja ssib minn kollox. Tkun żgħir: temmen u toħlom u tibla’ wkoll. Maż-żgħożija tibda tnaqqi u tara min iwiegħed u ma jasalx, u min fommu sieket u ssibu miegħek.
 
Hemm nies li tismagħhom u tifraħ għax kliemhom balzmu u tassew tħossok il-ġenna magħhom u tfittex tkun qribhom u ħdejhom. Oħrajn ipinġu bi kliemhom u jfasslu u milli għedna ma hemm xejn. Dawn ikunu nies tal-paroli.
 
Ġorġ Preca il-qaddis Malti kien jgħid ‘Għandna paroli’. Fil-ħajja trid tagħraf tagħżel, tkompli ma’ kulħadd u min hu paroli iżżomu talli hu. L-oħrajn mexxi magħhom (in-nies tal-kelma) kemm tista’.
 
Dejjem tista’ tiżloq u tiżgarra, imma ma tkunx  waqgħet id-dinja. Tagħmilx plejtu: uża moħħok u dawwar ir-rotta; il-kliem (dak li tgħid u temmen) tridu, il-paroli evitaħ.
 
Saħħa !