Moonstone – Triangolu Kriminali

9789918210732
Paperback

Description

Ir-rumanz jittratta l-leġġenda tad-djamant prezzjuż Moonstone li nsteraq mill-Indja fis-seklu dsatax. Ħafna jemmnu li nsteraq minn ġewwa t-tempju tar-reliġjon Ħindu fi żmien l-Ingliżi, waqt battalja qalila mal-Musulmani. Dan id-djamant kien jappartjeni lil alla Chandra (jew Soma) ta’ erba’ jdejn li jirrappreżenta lill-qamar.

Misterjożament Moonstone kien jinsab f’Malta!

Waqt serqa ppjanata bir-reqqa fil-villa tal-familja Caruana mill-professjonisti kriminali Jamie u sħabu – bl-għajnuna tal-għaqda mafjuża BMF ta’ Sqallija – Moonstone jerġa’ jara d-dawl. Ftit iżda jafu li fuq kull min imiss miegħu, jew saħansitra jinsab qribu, taqa’ d-daqqa tal-mewt.

Xi jmur ħażin fis-serqa fil-villa tas-Sur Victor Caruana? Għand min jinsab id-djamant Moonstone, ladarba la Jamie u lanqas il-BMF ma jafu x’sar minnu? Hawnhekk tibda l-avventura tas-Supretendent Henry Buhagiar u l-Ispettur Jack Borg biex isolvu dan il‑każ minsuġ b’delitt, traffikar ta’ droga, u fuq kollox l-għejbien ta’ Moonstone!

Additional information

Weight 420 g
Dimensions 21 × 14.5 cm
Author
Cover
Publisher
Year of publication
ISBN 9789918210732
Pages 320

Product categories and tags

SKU: 9789918210732 Categories: