
Ronald Bugeja twieled tal-Pietà fl-1978 u joqgħod is-Siġġiewi. Spiċċa l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola tas-snajja’ Abraham Gatt, Bighi, ġewwa l-Kalkara, fejn ikkwalifika fis-sengħa tal-elettriku. Ronald komplabl-istudji tiegħu fejn iggradwa b’diploma fis-City & Guilds fis-sengħa u l-arti tal-elettriku ġewwa l-Kullegg Tradeskills fi Crawley ġewwa l-Ingilterra.
Ħuwa membru sħiħ fl-assoċjazzjoni tal-istoriċi u riċerkaturi ġewwa Verein für Geschichte der stadt f’Nürenberg, il-Ġermanja, u PRO fl-Assoċjazzjoni Glarac Malta, li tirrappreżenta l-baħrin li mietu fl-għarqa traġika tal-HMS Glorious. Ronald Bugeja llum imlaħħaq bħala fizzjal ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.
Il-kitba u l-lingwa Maltija minn dejjem kienu l-ispirazzjoni tiegħu. Fil-fatt, huwa beda jaħdem fid-drama fl-1999 u ħadem f’diversi proġetti ma’ kumpaniji lokali fuq produzzjonijiet televiżivi. Sal-lum baqa’ għaddej bil-ħidma tiegħu f’dan is-settur. Ronald Bugeja huwa direttur tal-entità Starline Creations Media, li ttella’ attivitajiet u xogħlijiet fuq il-palk kif ukoll attivitajiet għal ġbir ta’ fondi, fosthom għal-ALS Malta kif ukoll għal Puttinu Cares.
Ronald ħa sehem f’diversi xogħlijiet, kemm fuq drama televiżiva kif ukoll fuq il-palk. Kiteb diversi xogħlijiet fosthom il-kummiedja Miftuħ dan Miftuħ il-Bieb, il-kummiedja Ara ma Tidħolx!il-kummiedja Il-Prinċipessa Jasmine u l-Lampa Maġika, id-dramm tal-passjoni Fidi, il-musical Heaven and Hell u l-musical It-Tieġ ta’ Dr Stroker. Ronald Bugeja kiteb ukollżewg kotba:Mill-Glorious sal-Vitorja,u kiteb u pproduċa fuq it-televiżjoni d-drama Id-Djarju l-Iswed, ibbażata fuq storja vera.Kien involut fid-drama ta’ żfin Redlands u fiproġetti kbar televiżivi, fosthom il-film li ħareġ fit-tokis Dejjem, li huwa kien parti mit-tim ta’ script writers, kif ukoll kiteb screen writing tal-istess film, li anke rebaħ xi premjijiet ġewwa l-Awstralja. Hu ħadem ukoll f’ħafna produzzjonijiet differenti anke minn wara l-kwinti.
Huwa ta s-sehem tiegħu wkoll kemm bħala riċerkatur kif ukoll permezz tal-kitba fil-programm Storjografija fejn hemm preżenta r-riċerka tiegħu fuq il-bastiment HMS Glorious kif ukoll fuq l-assedju l-kbir ta’ Għawdex tla-1551. Kiteb ukoll f’diversi rivisti lokali u għalxi għaqdiet tal-festi. Illum Ronald Bugeja jikteb fuq il-ġurnal KullĦadd fejn l-artikli tiegħu jidhru wkoll kull ħmistax fuq il-ġurnal It-Torċafir-rokna tal-istorja Taħt il-Lenti.
L-għan tal-awtur huwa li jibqa’ jikteb il-kotba bil-lingwa Maltija kif ukoll drammi televiżivi. L-għan u x-xewqa tiegħu huma li jibqa’ mfakkar minn bosta għal ġenerazzjonjiet sħaħ fejn tidħol il-kitba kif ukoll ir-riċerka fuq l-istorja. Dan kollu permezz ta’ iktar proġetti fil-futur qarib kif ukoll b’opportunitajiet li jaħdem ma’ iktar nies fl-istess qasam, kemm dawk lokali kif ukoll internazzjonali.
Il-Kitba hija taħlita ta’ fantażija u kreazzjoni li jiġu mill-qalb u l-moħħ, li joħduk ġo univers li ma jintemm qatt.
Ronald Bugeja 2012.