Il-Ħajja u Sagrifiċċju ta’ Carmelo Borg Pisani

9789918004010
Paperback

Description

Biex iwettaq il-ħolma tiegħu, dik li jsir artist Malti, mar jistudja ġewwa Ruma, meqjusa bħala l-kapitali tad-dinja artistika u ċentru ta’ dak kollu li hu Taljan. Rebaħ borża ta’ studju u kien wieħed fost għadd mhux żgħir ta’ Maltin li fl-1940 kienu qed jistudjaw f’Ruma.

Ammiratur kbir ta’ pajjiżu, iżda mhux biss. Carmelo Borg Pisani kellu viżjoni li Malta tingħaqad mal-Italja u li pajjiżu jkun meħlus darba għal dejjem mill-kuruna Ingliża. Għal din l-ideoloġija tiegħu kien lest jagħmel kollox u aċċetta li jingħaqad f’missjoni ta’ spjunaġġ fuq pajjiżu stess.

Minħabba din  l-ossessjoni spiċċa biex ġie kkundannat bħal kriminal kbir u miet f’eta żgħira fuq il-forka. Sal-lum ħafna għadhom iqisuh bħala eroj, oħrajn li kien traditur; kundanna li għadha tqanqal kontroversji kbar kemm minn dawk favur u kemm minn dawk kontra.

Additional information

Weight150 g
Dimensions21 × 14.9 cm
Author
Cover
LanguageMaltese
Publisher
Year of publication
Pages62
ISBN9789918004010

Product categories and tags

You may also like…