Requiem Għal Sieħbi Faxxista – Jew L-Interrogazzjoni

999326198X
Hardback

In stock

Description

Ir-rumanz ċelebri ta’ Francis Ebejer maqlub għall-Malti minn Charles Briffa fi żmien meta Ebejer kien għadu ħaj.

Il-ġrajja tittratta l-ħbiberija u l-imħabba kumplessa tal-karattri fi żminijiet imwegħra ta’ gwerra. Ebejer jislet psikoloġija taż-żgħożija li jkollha tgħaddi mid-diffikultajiet tat-tletinijiet għad-diffikultajiet tal-gwerra u timmatura maż-żmien.

Fis-sengħa ta’ l-awtur il-karattri Maltin jinħassu Mediterranji u l-barranin (Ingliżi, Russi, Taljani, Lhud) joħolqu kuntrast. In-narrattiva qiegħda fl-ewwel persuna u toħloq aspetti ta’ familjarità mal-karattru ewlieni. Il-ġrajja tintiseġ mill-għoxrinijiet sas-sebgħinijiet tas-seklu għoxrin, imma t-temi huma universali għax umani.

F’dan ir-rumanz Ebejer jiżviluppa l-ħsieb ta’ familja u ta’ ħbiberija bħala sentimenti Maltin.

Huwa rumanz li nqaleb għall-Malti b’konsultazzjoni regulari ma’ l-awtur. Kull kapitlu li kien jaqleb, Briffa kien jgħaddih lil Ebejer għall-approvazzjoni tiegħu.

Additional information

Weight 344.0000 g
Dimensions 21 × 14.8 cm
Publisher
Pages 280
ISBN 999326198X
Format Hardback
Year of publication 2004

Product categories and tags

You may also like…