Description
Permezz ta’ dan il-ktieb – manwal, il-qarrejja jistgħu jiflu u jixtarru aħjar lil Menz, id-dramm soċjosimboliku ta’ Francis Ebejer. L-istudenti tal-Malti fil-Livell Intermedju u Avvanzat għandhom l-opprtunita li jiskopru l-ġenju ta’ Ebejer billi jittantaw jifhmu x’kellu f’mohhu fl-għażla tal-kliem li poġġa f’ħalq il-karattri li ħoloq, x’influwenzah fil-proċess tal-kitba, x’simboli uża u l-konnotazzjonijiet tagħhom u tant u tant fatturi li għall-ewwel ikunu donnhom mistura imma li joħorġu fid-dieher wara analiżi kritika profonda.