Description
Meta tisma’ bil-kelma ‘forka’ ġġiegħlek taħseb, u taf tqanqallek ċertu biża’. Fl-istess ħin, tqabbdek interess u kurżità. L-għan ta’ dan il-ktieb huwa proprju biex jeduka u jinforma lill-qarrejja fuq parti mill-istorja ta’ pajjiżna u li llum qiegħda priservata tajjeb fil-ħabs ta’ Malta.
Ktieb li se jittratta dak kollu li kien isir bil-liġi tal-forka u dak li kellu jwettaq il-bojja waqt li jesegwixxi l-kundanna skont il-famuża teorija ta’ Sir William Marwood u l-liġi li kienet tittratta l-forka.
F’dan il-ktieb se niżvelaw għall-ewwel darba affarijiet li qatt ma ħarġu fil-beraħ fejn tidħol il-forka. Fosthom: kif kienet taħdem il-forka f’dawk li huma struttura u makkinarju; il-ħidma siewja tal-Konfratellanza fil-ħabs u mal-ikkundannat; u informazzjoni fuq il-Perit Sir William Arrowsmith li kellu l-inkarigu mir-reġina biex jibni l-ewwel ħabs f’Malta.
Se taraw il-bidla storika li għamel il-ħabs ta’ Malta permezz tal-industrija tax-xogħol u s-snajja’, fejn qed jiġi priservat dak kollu li huwa storiku fil-ħabs u qed jagħti l-opportunità biex wieħed jipprepara ruħu għal ħajja ġdida fis-soċjetà.
Il-Forka ta’ Malta u l-Piena Kapitali Barra Minn Xtutna