Kronaka ta’ Ġrajjiet Kriminali f’Malta

1800-2020

9789995717018
Paperback

In stock

Description

L-ewwel tagħrif dwar il-kriminalità f’Malta minn meta l-pajjiż għadda taħt l-amministrazzjoni Ingliża fl-1800, kien il-bandu maħruġ fil-15 ta’ Lulju 1800 mill-Kaptan John Ball, l-ewwel Kummissarju Ċivili tal-pajjiż. F’dan l-avviż, filwaqt li għamel referenza għal x’kienet tgħid il-liġi fil-Kodiċi de Rohan, Ball qal li ċerti delitti li kienu saru qabel l-1800 kienu ntesew, filwaqt li oħrajn baqa’ ma sarx ħaqq ma’ min wettaqhom. Huwa qal ukoll li, f’delitti oħra, uħud mit-tobba ma kinux infurmaw l-awtoritajiet dwar il-kura li taw lil persuni b’feriti dubjużi. Dan ingħad għax skont liġi tas-17 ta’ Novembru 1586, il-kirurgi mhux biss kienu ordnati li ma jikkurawx għal aktar minn darba feriti kkaġunati bl-armi, imma kellhom jirrapurtaw kull każ lill-awtoritajiet fi żmien erbgħa u għoxrin siegħa. Imbagħad fl-1640 sar obbligatorju li kull tabib u kirurgu jirrapurtaw kull każ ta’ feriment.

Additional information

Weight 490 g
Dimensions 21 × 15 cm
Author
Cover
Publisher
Year of publication
ISBN 9789995717018
Pages 333

Product categories and tags

SKU: 9789995717018 Categories: