Il-Prostituzzjoni f’Malta

978-99957-46-34-6
Paperback

In stock

Description

Ħafna drabi jissemma li l-prostituzzjoni hija qadima daqs l-istess bniedem u għalhekk jirreferu għaliha bħala l-eqdem professjoni tal-mara. Jingħad li kien il-poeta u kittieb Ingliż Rudyard Kipling li fl-1888 f’waħda mill-istejjer tiegħu dwar prostituta qal li l-mara kienet membru tal-eqdem professjoni fid-dinja.

Prostituzzjoni tfisser ‘il-kummerċ fil-ħajja żienja għall-flus’ u dan ifisser li mhux kull mara żienja hija prostituta għaliex fejn m’hemmx l-għoti tal-flus, ir-rigal jew il-favur bi tpattija għal dan is-servizz, ma jistax jissejjaħ prostituzzjoni.

Bħal kull pajjiż ieħor, l-opinjoni pubblika dwar il-prostituzzjoni hija diversa. Xi wħud jaqblu li dan il-kummerċ għandu jkun liberizzat għalkollox u oħrajn iridu aktar restrizzjonijiet. Il-Malta Confederation of Women’s Organisations (MCWO) ma taqbilx mal-liberazzjoni u tixtieq tibdil bħal dak li sar f’ċerti pajjiżi Ewropej.

Il-fatti juru li dan il-kummerċ jista’ jkollu konsegwenzi kontra l-istess prostituti. Għalkemm ħafna drabi jissemmew każijiet li nisa li tressqu l-Qorti u ġew ikkundannati minħabba tlajjar u reati oħra dwar il-prostituzzjoni, ftit jissemmew il-każijiet fejn dawn in-nisa ġew imsawta mill-klijenti jew min iqaħħabhom. Barra minn dan, hemm ir-riskju tat-tixrid tal-mard venerju u mard ieħor aktar serju.

Additional information

Weight 320.0000 g
Dimensions 21 x 14.8 cm
Publisher
Pages 224
ISBN 978-99957-46-34-6
Cover
Year of publication
Author

Product categories and tags

SKU: 9789995746346 Categories: