Description
‘Għandna l-ġuħ,’
ħuh issokta jirrepeti.
‘Għandna l-ġuħ, Justin.
Jekk jogħġbok sibilna xi ftit ikel.’
Ma kien hemm xejn. Qatt ma kien hemm. Għalkemm hu fittex xorta waħda … Ħass id-dmugħ jaqbeż minn għajnejh. U ħass ukoll ir-rabja. X’kellu suppost jagħmel?
Justin kellu biss ħames snin; ħutu kienu ta’ sentejn u tlieta. Ommhom, li kellha l-vizzju tad-droga, kienet ħalliethom bil-ġuħ u weħidhom. Iżjed tard, dakinhar, wara li pprova jagħti n-nar lid-dar tagħhom, Justin ittieħed fi stitut.