Description
Din hija l-ewwel storja vera li qatt ġiet ippubblikata minn vittma ta’ delitt tal-unur. Souad, tfajla ta’ 17 -il sena, saret tħobb ġuvni mill-istess raħal żgħir fejn kienet toqgħod, fil-Palestina. F’dan ir-raħal, bħal f’ħafna pajjiżi oħra, is-sess qabel iż-żwieġ huwa kkunsidrat dizunur kbir għall-familja -diżunur ikkastigat bil-mewt.
Dan kien id-delitt ta’ Souad.
Ir-raġel ta’ oħtha ngħata l-impenn li jippjana l-kastig tagħha.
Għodwa waħda, waqt li Souad kienet qiegħda tagħmel il-ħasla, mar fuqha, tefa’ qabda petrol fuqha u taha n-nar. F’għajnejn il-komunita’ tagħhom hu kien eroj.
Souad, b’miraklu għexet, u llum qiegħda tgħix b’isem ieħor, fl-Ewropa.