Il-Piena tal-Mewt f’Malta

Il-Ħamsin Anniversarju mit-Tneħħija tal-Piena tal-Mewt f'Malta

9789918000234
Paperback

Description

F’dan il-ktieb l-awtur Eddie Attard jesplora l-istorja tal-piena kapitali f’Malta, f’għeluq il-ħamsin anniversarju mit-tneħħija tagħha. Mill-forka li kienet tingħata fi żmien l-Ordni ta’ San Ġwann, l-awtur jelenka l-eżekuzzjonijiet tal-mewt fi żmien il-ħakma Ingliża, kif ukoll il-forka fil-ħabs ta’ Kordin. Attard jispjega wkoll it-tip ta’ dfin li kien isir għall-iġġustizzjati, li kien isir f’ċimiterji apposta viċin il-post tal-eżekuzzjoni. Jurina wkoll ir-rwol tal-bojja, li kien il-persuna li kien iwettaq l-att tat-tneħħija tal-ħajja fuq l-iġġustizzjati u jidħol f’dan ir-rwol fil-kuntest Malti. Jeżistu wkoll bosta leġġendi marbuta mal-piena tal-mewt, fosthom il-każ ta’ Ġużeppi Grech, ta’ Thomas Sweeney, u Nazzareno Abela fost l-oħrajn. L-ewwel tentattiv biex titneħħa l-piena kapitali kien fl-1965, u din tneħħiet għal kollox, minbarra f’ċerti eċċezzjonijiet, fl-1971.

Mill-1800 sa meta ġiet abolita l-piena tal-mewt, din is-sentenza ingħatat 175 darba. Il-parti l-kbira kienu mill-Qorti Kriminali. Madanakollu kien hemm xi sentenzi tal-mewt mogħtija minn Qorti Marzjali. Mill-175 kundanna kien hemm 57 li kellhom din is-sentenza mibdula f’waħda ta’ għomor il-ħabs. Dan iġib in-numru ta’ dawk li tneħħew għal 118 (kollha rġiel).

Il-forka ġiet użata f’101 eżekuzzjoni, filwaqt li s-17 l-oħra kienu fuċillazzjonijiet. 67 minnhom kienu barranin u t-48 l-oħra kienu Maltin. L-iżgħar fost dawn l-ikkundannati kien Giovanni Fedele ta’ 18-il sena minn Tas-Sliema li, flimkien ma’ Paolo Laus ta’ 22 sena, kien qatel lil Grezzja Grech, prostituta mlaqqma ‘Taz-Zol-in-Zol’.

Additional information

Weight 160 g
Dimensions 21 × 14.5 cm
Author
Cover
Publisher
Year of publication
ISBN 9789918000234
Pages 104

Product categories and tags

SKU: 9789918000234 Categories: