Il-Forma tal-Ilma

L-Ispettur Montalbano

9789990919608
Paperback

Description

L-ewwel każ tal-Ispettur Montalbano, issa bil-Malti!

Il-ġisem nofsu mneżża’ tal-Inġinier Luparello, politiku prominenti fil-belt ta’ Vigàta, jinstab fil-karozza tiegħu f’medda art żdingata magħrufa bħala la mànnara, il-Mandra — fl-antik mergħa għall-mogħoż, illum bejta tad-drogi u l-prostituti. Kollox jindika li Luparello miet mewta naturali waqt attivitajiet sesswali ma’ persuna mhux magħrufa. Iżda lill-Ispettur Montalbano ħadd ma jbellagħlu r-ross bil-labra.

Xi ħaġa mhix tikkonvinċih f’din l-affari, u — jgħidu x’jgħidu l-Kummissarju, il-Maġistrat u saħansitra l-Isqof — mhux lest jagħlaq il-każ qabel ma jsib il-verità. B’paċenzja u astuzja jidħol jgħaffeġ f’mandra ta’ dmija, qerq, korruzzjoni organizzata u logħob tal-poter, fl-isfond maġiku tal-pajsaġġ u l-karattru Sqalli.

Mill-pinna inġenjuża ta’ Andrea Camilleri, Il-forma tal-ilma huwa l-ewwel rumanz fis-serje polizjeska ta’ Salvo Montalbano, Spettur tal-Pulizija f’Vigàta, belt żgħira fi Sqallija li, għalkemm ma ssibha fl-ebda mappa, taf tkun reali iżjed mill-ħajja nnifisha. Għax daqskemm hu rumanz fittizju, dan hu wkoll ir-rakkont ta’ Sqallija u ta’ kif jgħixu u jmutu niesha.

Additional information

Weight 230 g
Dimensions 19.9 × 12.9 cm
Author
Translated by Antoinette Borg
Cover
Language Maltese
Publisher
Year of publication
Pages 192
ISBN 9789990919608

Product categories and tags

SKU: 9789990919608 Tags:

You may also like…