Aħna Sinjuri

ASRS
Paperback

Description

Aħna Sinjuri huwa l-ewwel rumanz ta’ l-awtur minn sensiela li kiteb wara – Il-Ghar tax-Xitan, Is-Sejħa ta’ l-Art, Meta jgħaddi s-Sajf, Ulied il-Qawsalla u Ħadd wara Ħadd.

Il-kritiċi jqisu Aħna Sinjuri bħala l-ewwel rumanz ta’ għadab bil-malti, għax waqt li l-awtur imiss il-polz ta’ Malta u niesha, jitkixxef bla ħabi l-problemi soċjali ta’ madwarhom.

Ir-rumanz wera żvilupp importanti fil-kitba tar-rumanz bil-Malti u fl-introduzzjoni ta’ genre ġdid fil-letteratura tagħna. Aħna Sinjuri fetaħ triq ġdida u hu “dawl ġdid, arja friska fuq tradizzjoni twila u għanja, iżda eżawrita, ta’ rumanżi storiċi.”

Il-ġrajja għandha bħala sfond it-Tarzna u hi ambjentata fi żminijiet li minnhom kien għaddej pajjiżna, żmien ta’ bidliet u ta’ taqtigħ ta’ qalb, iżda fl-istess waqt ta’ tamiet ġodda għall-ġejjieni. L-awtur għandu wisq aktar xi jgħid minn sempliċi rakkont. In-nisġa tal-ġrajja, l-ambjentazzjoni lokali, il-karatterizzazzjoni u d-djalogar huma l-mezz biex iwassal it-tema tiegħu ewlenija – il-veriżmu tal-ħajja kif jarah hu. Il-qarrej donnu jħossu l-ħin kollu qiegħed jiġi mistieden jagħmel eżami ta’ kuxjenza miegħu nnifsu.

Additional information

Weight 250 g
Dimensions 21.1 × 15.1 cm
Author
Cover
Language Maltese
Publisher
Pages 152
ISBN ASRS

Product categories and tags