Pupa tal-Porcellana

L-Awtriċi ta' Ċagħaq u Friefet

9789995767969
Paperback

In stock

Description

Tinkiser il-ħemda tal-lejl. Mgħannqa mal-pupa tal-porċellana, moħbija qalb il-friex, eżatt maġenb oħtha t-tewmija Shona, iċ-ċkejkna Anouk bdiet tismagħhom resqin. Passi. Ħsejjes. Il-bieb beda jżaqżaq bil-mod. Ftit kient taf li dak il-lejl kien se jbiddlilha ħajjitha għal dejjem. Il-pupa tal-porċellana u hi. Hi u l-pupa tal-porċellana.

Ta’ min kien dak il-leħen imsaħħar li Desain sema’ jkanta minn ġol-katusa tal-fabbrika abbandunata?

Desain jaħlef vendetta fuq zijuh Lazaro Casteligno. Iżda lil min jara fil-ballu tal-maskri? Min kienet tassew Scarlet? U x’rabta kellha mal-pupa tal-porċellana? Kienet tassew hi l-qattiela… jew kien hemm aktar sigrieti mistura wara l-ħitan tal-villa, għajnejn ma jidhrux u riflessi ta’ nies li suppost m’għadhomx ħajjin, moħbija fid-dellijiet tal-mirja?

Pupa tal-Porċellana… mill-Ingilterra lejn Malta u lura lejn l-Ingilterra sabiex jinkixef finalment is-sigriet tal-passat taċ-ċkejkna Anouk u tal-pupa li kienet salvatilha ħajjitha, fejn xejn mhu kif jidher ikun qed iqarraq bik… sal-aħħar nifs… sal-aħħar paġna.

Additional information

Weight 470.0000 g
Dimensions 21 x 14.8 cm
Publisher
Pages 352
ISBN 9789995767969
Cover
Year of publication

Product categories and tags

SKU: 9789995767969 Categories: