Sharon Calleja

altSharon Calleja twieldet fl-20 ta’ Lulju 1978 u tgħix ix-Xagħra, Għawdex. Sharon hija miżżewġa lil Mark Calleja u għandhom żewġt itfal: Sevaniah u Kaylen. Dan huwa t-tieni xogħol li qed jiġi ppubblikat mill-pinna ta’ din l-awtriċi, wara l-ewwel rumanz bl-isem ta’ Ċagħaq. Ċagħaq niżel tajjeb ħafna ma’ dawk kollha li jħobbu jaqraw il-kotba bil-lingwa Maltija.
Din l-awtriċi, produttriċi, direttriċi u attriċi kitbet diversi drammi li ttellgħu f’bosta teatri lokali, u anke skripts li nħadmu biex jintwerew fuq it-televiżjoni. Fis-sena 2011 hija ngħatat il-premju kulturali Għarb Cultural Award għall-istorja Rubini, li tant għamlet suċċess. Wara kitbet ukoll is-sensiela Eklissi, li kienet ixxaqleb aktar lejn il-ġeneru tal-biża’. Hija dderiġiet serje fuq it-televiżjoni u ħadmet f’oħrajn bħala attriċi.

Ara l-kotba ta’ Sharon Calleja hawn: