Eterna

Sharon Calleja
9789918241044
Paperback

Description

Ibni, dan l-iskroll huwa l-bieb għat-teżor tal-umanità u l-familja tagħna hija xxurtjata mhux ftit bħala gwardjani ta’ din ir-riċetta li hija bbażata fuq għarfien mediku Eġizzjan ta’ żmien il-qedem li jinkludi taħlita ta’ rimedji ta’ ħxejjex, prattiċi spiritwali u esperimentazzjonijiet alkimiċi!’

Dakinhar li Alis kien ta lil ibnu Sami l-mappa li kellha tieħdu lejn ir-riċerka tal-Eterna, ħajjet Sami u ħuh Khaled tinbidel kompletament. Sami jqum minn koma wara ħafna snin, fejn kienet saret theddida fuq ħajtu. Fejn kien ħuh Khaled? Min kien Adil Farouk li kien ser jagħmel minn kollox biex jisraqlu r-riċetta tal-Eterna? U l-imħabba ta’ ħajtu kienet Eliana jew Nailah? Xejn ma kien għadu ċar.

Sami jkollu jiskopri lura lilu nnifsu, dak li jagħmlu Hassan u finalment irid isib l-erba’ partijiet tar-riċetta Eterna li kienu moħbijin f’postijiet misterjużi madwar l-Eġittu!

Dan ir-rakkont f’forma ta’ thriller romantiku mimli avventuri jeħodna f’passaġġi sigrieti taħt il-belt tal-Kajr, l-Eġittu, f’bibien u fi kmamar moħbija, libreriji li ħadd ma jaf bihom, fuq ix-Xmara Nil, f’labirinti fejn ħadd qatt ma rifes, f’Oasi fejn hemm tempju minsi u niskopru jekk is-sotterran tal-Isfinġi hijiex biss leġġenda jew storja reali.

Additional information

Weight 600 g
Dimensions 21 × 14.5 cm
Author
Format Paperback
Language Maltese
Publisher
Year of publication 2025
Pages 384
ISBN 9789918241044

Product categories and tags

SKU: 9789918214044

You may also like…