Il-Ġowker

9789918212309
Paperback

Description

Dakinhar li tilfet kollox.

Dak il-jum meta Beatrice kienet sabet lil ommha taħt is-sur f’għadira demm fuq blata mal-wiċċ ta’ baħar irid jibla’ l-art, maġenb il-kontejner fejn huma t-tnejn kienu jgħixu flimkien.

Dakinhar, qabel l-aħħar nifs ta’ ħajjitha, iggranfata mal-gverta tal-isptar, ommha lissnet isem.

Lucian Vincent La Torre.

Min kien dan il-bniedem?

Meta marret tgħix miegħu, Beatrice ma baqgħetx teżisti. Spiċċat minn wiċċ id-dinja. Minflokha kien hemm Ace, tfajla sofistikata, sabiħa, pulita, iżżomm mal-moda u li bdiet titgħallem dak kollu li kien jagħmel hu.

U min kien l-imħabba ta’ Ace?

Riccardo, il-ġuvni t’għajnejh ħodor li missieru Coby De Luca kien l-akbar għadu ta’ Lucian? Jew Raziel, il-ġuvni sabiħ li kien l-id il-leminija ta’ missierha? U kif kienu salvawlha ħajjitha b’mod individwali dawn iż-żewġ ġuvintur?

U fl-aħħar nett min kien il-Ġowker? U l-ħalliel tad-djamanti?

Thriller mgħaġġel b’element ta’ mħabba li jkaxkrek minn Malta għal Sqallija u jieħdok f’postijiet oħra fejn inti ma mort qatt. Dinja ta’ intriċċi li ġġiegħel qalbek tħabbat b’mod qawwi sabiex tiskopri dejjem aktar sakemm tasal f’final mhux mistenni.

Additional information

Weight 460 g
Dimensions 21 × 14.9 cm
Author
Cover
Language Maltese
Publisher
Year of publication
Pages 344
ISBN 9789918212309

Product categories and tags

SKU: 9789918212309 Categories:

You may also like…