Daqqa ta’ Ħarta

9789918211586
Paperback

Description

Il-vera mħabba. Dik li ġġagħlek tħoss sentiment profond għal xi ħadd li tkun għadek qatt ma rajt qabel. U dik l-imħabba bejn missier u bint.

Daqqa ta’ ħarta.

F’dik il-frazzjoni ta’ mument qabel ma laħqet tathielu, Alba ndunat li dak il-wiċċ daħqan kien jappartjeni lil ġuvni twil, għajnejh ċari blu bl-isfar ikanġi ġo fihom.

Il-ħin kien waqaf. Għajnejha f’għajnejh. Iżda issa kien tard wisq.

Deshan beda joħroġ mal-ħabiba tagħha Zara. Lejl ta’ maltemp.

X’jiġri bejn Deshan u Alba? U dakinhar tal-festin ta’ għeluq snin ħabibitha?

Ilħna fid-dlamijiet. Libsa mċarrta.

Għalfejn Alba kienet tħoss li l-mewt ta’ Zara kienet fuq spallejha?

X’rabta kien hemm bejn missier Alba u Deshan?

Ballu tal-maskri. Il-Milied. Stranġier fuq vapur. Notamenti.

Dan ir-rumanz huwa rakkont emozzjonali fuq il-vera mħabba b’element sopranaturali li jqanqallek kurżità ħalli tiskopri t-tmiem tiegħu li mhux mistenni.

Daqqa ta’ ħarta

Daqqa ta’ ħarta kienet il-bidu ta’ kollox.

Nixtieq inreġġa’ l-arloġġ lura.

Ħalli inti tkun tiegħi.

Tiegħi biss.

Sal-aħħar nifs.

 

Additional information

Weight 450 g
Dimensions 21 × 14.6 cm
Author
Cover
Language Maltese
Publisher
Year of publication
Pages 352
ISBN 9789918211586

Product categories and tags

You may also like…