Cagħaq

978-99957-46-91-9
Paperback

Out of stock - Join the waitlist to be emailed when this product becomes available

Description

Fis-satra tal-lejl, l-Avukat Derrick Decelis jilmaħ mara kollha dmija biswit l-għatba tal-uffiċċju tiegħu fil-Belt Valletta. Kienet mingħajr passat. Mingħajr preżent. Aurora kienet l-isbaħ mara li qatt ra. Meta sar jaf li kienet tqila, xorta ma nbidel xejn minn dak li beda jħoss għaliha. Ma kien jonqoshom xejn; imħabba, lussu u kuntentizza fil-villa mdaqqsa tiegħu fuq il-bajja taċ-ċagħaq. Sakemm iltaqgħet ma’ Randy. Sakemm wasal dak il-lejl tant mistkerrah li bidel id-destin tagħhom kollha. X’kellu jiġri f’dak il-festin tant mistenni f’għeluq snin Coralie? Min kienu dawk l-irġiel armati li daħlu fis-sala? X’rabta kellu Roderick Victor De Rhon, l-ikbar kriminal ta’ Malta, mal-passat ambigwu ta’ Aurora? It-tifla kienet ħajja jew mejta? U min kien qed iħalli ċ-ċagħaq mal-art fl-iljieli mudlama ġewwa l-villa? X’sigrieti
kien hemm mistura fiċ-ċagħaq?

Dan ir-rumanz huwa thriller drammatiku b’element sopranaturali li jdaħħlek f’dinja ta’ intriċċi li jaqtgħulek nifsek sal-aħħar paġna. Din hija storja li tqanqallek kurżita, timpressjonak u tnissillek sentimenti li jibqgħu miegħek tul ħajtek kollha… jew anke wara…

Additional information

Weight 490.0000 g
Dimensions 21 x 14.8 cm
Publisher
Pages 352
ISBN 978-99957-46-91-9
Cover
Year of publication
Author

Product categories and tags

SKU: 9789995746919 Categories: