Bewsa tad-Demm

9789918211487
Paperback

Description

Kull bniedem għandu l-punt fraġli tiegħu: flus, poter, xewqat, kilba, passjonijiet… M’hemm ħadd li jista’ jgħid li m’għandu xejn. Imma meta f’qalb il‑bniedem jibda jnebbet għerq il-mibegħda u l-għira, hemmhekk ma jkunx hemm triq oħra għajr it-triq lejn l-abbiss.

F’din l-istorja, minbarra li mmissu mill-qrib mal-flus, poter, xewqat, kilba u passjonijiet, inħossu wkoll it-taħbita tal-polz tal-vittma, ir-rabja tal-assassin, kif ukoll it-taħlita tal‑mibegħda senswali moħbija taħt il-maskra tal‑imħabba… mirquma sabiħa taħt id-dawl kiebi tax‑xemgħa! U bħalma l-imħabba kapaċi taqsam il-qlub fi tnejn, hekk ukoll kapaċi tagħmel il-mibegħda!

L-imħabba u l-mibegħda huma differenti biss mill-qalb ’il ġewwa… mill-qalb ’il barra jidhru li huma l-istess, linja biss hemm bejniethom, fejn din tista’ tkun il-linja fatali! Fit-tnejn li huma tasal li tibki, fit-tnejn tasal li tweġġa’ u saħansitra fit-tnejn li huma kapaċi jkun hemm bewsa! Imma tgħid… minn liema minnhom kapaċi toħroġ bewsa tad-demm?

Additional information

Weight300 g
Dimensions19.2 × 12.7 cm
Author
Cover
LanguageMaltese
Publisher
Year of publication
Pages288
ISBN9789918211487

Product categories and tags

You may also like…