Ngħix Ħajja Sabiħa

9789995799526
Paperback

In stock

Description

Dan il-ktieb huwa b’laqta psikoloġika, li jista’ jaqrah kulħadd u mingħajr kliem tekniku. Fuq kollox, dan il ktieb jintroduċi lill qarrej għal idea iktar korretta dwar is-saħħa mentali. Saħħa mentali tfisser li int u jien, aħna ferħanin f’ħajjitna u b’ħajjitna. Fejn hemm id-dwejjaq, u dwejjaq kbar li ma jaqtgħu xejn, hemm jinbtu l-problemi. Għalhekk, dan il ktieb jiffoka fuq it-tema: Ngħix Ħajja Sabiħa. Il-ħajja hi sabiħa minkejja l-inżul u t-tlajja’ tagħha. Anzi, jekk tirrifletti ftit tinduna li ħajtek hi isbaħ bl-armonija li tinħoloq bejn dak is-sabiħ li tesperjenza, u anke l-iebes u d-diffiċli. Ħajjitna ssir monotona u tad dwejjaq li kellha tkun dejjem l-istess. Irrid inkun, mela, jien li konxjament nagħżel li ngħix ħajja sabiħa.

Ħajja sabiħa titlob bilanċ matur f’kollox, sew fis-saħħa fiżika, emozzjonali, soċjali u spiritwali. Dan il-ktieb jiġbor temi li jolqtu aspetti partikolari u diversi tas-saħħa ħolistika, u ttrattati b’mod sħiħ, mhux biss mil-lenti tal-professjonisti, imma anke ta’ dawk li esperjenzawhom.

Dr Michael Galea hu psikologu kliniku u lettur fl-Università ta’ Malta. Huwa studja fl-Università ta’ Londra u fl-Università ta’ Loyola, MD, l-Istati Uniti u ta l-kontribut tiegħu f’diversi postijiet ’il bogħod minn xtutna, fosthom l-Ingilterra, l-Istati Uniti u l-Kenja. Huwa ħadem mal-Appoġġ, Sedqa, Kana, CCF, u Moviment Era Ġdida fost l-oħrajn.

Additional information

Weight 220 g
Dimensions 21 x 14.7 cm
Author
Cover
Publisher
Year of publication
ISBN 9789995799526
Pages 160

Product categories and tags

SKU: 9789995799526