Ispirazzjoni għall-Ħajja

9789995774493
Paperback

In stock

Description

Esperjenza ħelwa li għaddejt minnha kienet meta mort l-isptar bil-bużżieqa tal-“baby boy” taparsi ħa jkolli tarbija u dħalt fil-ward biha marbuta mal-bagalja tal-ħwejjeġ.

Ovvjament kulħadd tbissem inklużi in-nurses u anki t-tabib li ġie jarani qabel l-operazzjoni maġġura. Biex inkompli man-nies tellajt post fuq Facebook b’ritratt flimkien mal-bużżieqa u ma naqsux il-kummenti pożittivi u tad-daħk ta’ nies li mbagħad komplew miegħi. L-għan ta’ dan kollu kien biex innaqqas id-dwejjaq u t-tensjoni li kienu għaddejjin minnhom l-familja tiegħi u l-ħbieb ukoll. Fil-fatt iggustajthom meta qaluli “Qatt ma tħallilna spazju biex negħrqu fid-dwejjaq li suppost għaddejin minnu f’dawn il-mumenti diffiċli.” Kienet xi ħaġa li qatt ma ninsiha għax irnexxili nferraħ u nneħħi l-biża’ tal-maħbubin tiegħi.

Additional information

Weight 300 g
Dimensions 24 x 17.5 cm
Author
Cover
Publisher
Year of publication
ISBN 9789995774493
Pages 88

Product categories and tags

SKU: 9789995774493 Categories: