Description
“Tkellimt u għedt is-sewwa. Din is-sewwa jien lest biex nissiġillaha b’demmi. Alla jaf li għedt is-sewwa. Jekk jien m’għedtx is-sewwa, nitlob il-Ħaqq jagħmel tiegħu kontrija.”
MANWEL DIMECH 1860-1921
Manwel Dimech hu l-personifikazzjoni tal-motivi kollha psikoloġiċi, soċjali u ideoloġiċi tal-Maltin fil-bidu tas-seklu għoxrin. Tħalla bla skola, ġie mġiegħel jgħaddi t-tfulija fil-faqar u l-għaks, u ż-żogħżija fl-injuranza u l-vizzji. Sar raġel fil-ħabs, iżda kiber u twettaq, kważi bil-ħila tiegħu biss, f’kelliem ewlieni ta’ ħsieb il-Maltin ta’ żmienu. Li kieku ma ġiex meqrud qabel il-waqt, seta’ anki sar mexxej qalbieni tal-Maltin fil-bidu tat-triq tagħhom għall-indipendenza u l-ħelsien.
Hawnhekk għandek f’idejk stħarriġ professjonali dwar il-fasla tal-personalità kumplessa tiegħu u r-rakkont tal-ġrajja meraviljuża ta’ ħajtu. Hija edizzjoni kritika ġdida bbażata fuq l-aħħar studji li saru fuq dokumentazzjoni u riċerka aġġornata.