Description
Għalkemm għaddew mal-mitt sena mit-taħbit ta’ Dimech għall-bini ta’ soċjetà aktar ġusta u ħielsa, il-kliem tiegħu għadu siewi għall-ħajja soċjali, ekonomika, politika u reliġjuża li aħna ngħixu llum. Tabilħaqq, hu jista’ jibqa’ jgħinna sabiex, f’dinja ta’ oppressjonijiet u sfruttamenti, jirnexxielna ma naqtgħux qalbna u nagħtu sehemna għat-tkabbir tal-paċi u l-ġustizzja.
F’dan il-ktieb, imxandar f’għeluq il-100 sena mit-twaqqif tax-Xirka tal-Imdawlin, għandek miġbura kitbiet mislutin minn diversi xogħolijiet ta’ Dimech. Issib ir-rumanz Ivan u Praskovja, in-novella Majsi Cutajar, l-istatut Is-Sisien tax-Xirka Maltija u mijiet ta’ siltiet mill –Bandiera tal-Maltin u għejjun oħra.
Fi ftit kliem, hawn għandek teżor ta’ għerf mhux komuni li jista’ jagħmel differenza f’ħajtek u fis-soċjetà.