Il-Maltin: għemilhom, drawwiethom, ġrajjiethom

Vol. 2

9789993276975
Hardback

Only 2 left in stock

Description

Dan it-tieni volum ta’ Il-Maltin: għemilhom, drawwiethom, ġrajjiethom ikompli jagħtina kwadru ta’ stejjer fattwali dwar temi speċifiċi u kif dawn kienu minsuġin fil-ħajja Maltija fl-ewwel nofs tas-seklu għoxrin. Ir-rakkontaturi jagħtuna narrattiva intima, miġjuba fl-ewwel persuna b’ħila kbira mill-kittieb Steve Borg, li ma ddurx ma’ kantunieri imma hija diretta u tqanqal is-sentimenti tal-qarrej. Hawn iperrċu ħsushom b’mod naturali u jfissru ċar dak li għaddew minnu tul ħajjithom.

Naqraw l-istorja tal-familja Maltija Tripolitana involuta mal-ajruplani tal-baħar f’Marsaxlokk, ta’ Żebbuġi, espert fil-bini u r-raba’ u li jitħaddet b’Malti meqjus arkajk, tax-xiħa li għexet fil-‘Palazz’ ta’ Kemmuna, taż-Żejtuni bħala mellej tal-irfus fl-istivi tal-vapuri, tar-rikkieb taż-żwiemel Xagħri li rebaħ tant palji, tal-bennejja Bormliżi tad-dgħajjes tal-latini fil-Kalkara, ta’ plotter tal-ajruplani tal-gwerra f’Laskri, ta’ bejjiegħa tal-laħam Misidjana, ta’ min indokra l-Fanal tal-Ġordan u rakkonti oħrajn.

Is-saħħa tal-ktieb hija l-ħakma tajba tal-ilsien Malti tar-rakkontaturi u kif in-narrattiva tagħhom tintiegħem oħla mill-għasel mill-qarrej waqt it-taqlib tal-folji. Tispikka r-riċerka intensiva fl-arkivji nazzjonali ta’ Malta u Għawdex li għamel Borg, fejn jikxef il-kurrenti Faxxisti Taljani u imperjali Britanniċi tas-snin tletin f’kumplotti sħaħ ta’ spjunaġġ u kontro-spjunaġġ, ħafna drabi wara dahar il-Maltin.

Din id-damma ta’ rakkonti titfa’ dawl ġdid dwar oqsma storiċi li qajl kellna tagħrif dwarhom, inklużi l-istorja tal-avjazzjoni bikrija Maltija, u x-xogħol marbut mal-ġarr tal-faħam u t-tkarkir għalih fil-Port il-Kbir u l-Imsida. B’hekk tkompli tissawwar il-memorja kollettiva tagħna, u dak li jagħmilna distinti minn popli oħra, bħala Maltin.

Additional information

Weight 690 g
Dimensions 23.8 x 15.5 cm
Author
Cover
Publisher
Year of publication
ISBN 9789993276975
Pages 352

Product categories and tags

SKU: 9789993276975 Categories: