Il-Maltin – L-Ewwel Volum

Għemilhom, Drawwiethom, Ġrajjiethom

978-99932-7-601-2
Hardback

Out of stock

Join the waitlist to be emailed when this product becomes available

Description

Il-Maltin: għemilhom, drawwiethom, ġrajjiethom huwa r-rakkont tal-ħajja ta’ Maltin u Għawdxin li twieldu fl-ewwel għoxrin sena tas-seklu l-ieħor, sewwasew meta f’Malta kienet għadha tinħass id-differenza bejn il-ħajja tar-raħal u dik tal-belt. Naqraw l-istorja tal-aħħar tmunier ta’ dgħajsa tal-latini qabel ma daħħlu l-magni, ta’ familja li għexet fil-batterija ta’ Kemmuna, ta’ Wied il-Għajnija għomorha tagħmel il-gambli. ta’ bugħaddas jogħdos bil-libsa tar-ras, ta’ baħri u ħabbież Qormi u oħrajn.

Tispikka l-ħila ta’ kif jirrakkontaw l-episodji ta’ ħajjithom qishom seħħew ilbieraħ, allavolja xi wħud minn dawn imorru lura sal-irvellijiet tas-Sette Giugno. Tinħass il-ħakma li kellhom fuq l-ilsien Malti u toħroġ il-ħlewwa ta’ diskorshom, miżgħud bl-idjomi, bit-tixbih u bl-istħajjil imżewwaq bi kliem li qajla tisimgħu llum.

Dan huwa l-ewwel volum ta’ kitba, frott l-erbatax-il sena li l-kittieb Steve Borg iddedika minn ħajtu jintervista lil mijiet ta’ nies, biex iħeġġiġhom jaqsmu miegħu t-tifkiriet personali tagħhom li flimkien jintisġu fil-memorja kollettiva tagħna. Minbarra li ġabar dawn l-istejjer bil-fomm, il-kittieb rifed ir-rakkonti b’riċerka wiesgħa fl-arkivji pubbliċi ta’ Malta u Għawdex. Huwa ttamat li dan ix-xogħol jikkontribwixxi għall-kultura Maltija billi jitfa’ d-dawl fuq ħafna tagħrif ġdid.

Additional information

Weight 640.0000 g
Dimensions 23.5 × 15.7 cm
Publisher
Pages 286
ISBN 978-99932-7-601-2
Cover
Year of publication
Author

Product categories and tags

SKU: 9789993276012 Categories:

You may also like…