Għamlu Isem – It-Tieni Ktieb

978-99932-7-594-7
Paperback

In stock

Description

Hemm bosta personaġġi li jistħoqqilhom li jkunu mfakkra għall-kontribut tagħhom lejn art twelidhom għalkemm f’ħajjithom ma kitbux dwar dak li wettqu, li bih, kif qal tant tajjeb il-Professur Oliver Friggieri fid-daħla tal-ewwel ktieb, taw lil Malta l-kredenzjali ta’ nazzjon. U żgur li tkun ħasra kieku l-ismijiet ta’ dawn il-personaġġi kellhom jintesew f’dagħbien darba għal dejjem.

 L-idea ta’ Joe Julian Farrugia li jiġbor tagħrif bibljografiku fil-qosor dwar personaġġi Maltin żgur li ntlaqgħet tajjeb mhux biss minn dawk kollha li jfittxu pubblikazzjonijiet dwar dan il-ġeneru tant interessanti, imma minn dawk li jemmnu li kulħadd għandu storja xi jgħid.

Għamlu Isem u Għamlu Isem 2 jitfgħu lenti fuq il-ħajja ta’ personaġġi Maltin li ġejjin minn kull qasam tal-ħajja. Hekk insibu fost l-oħrajn, poeti, nies marbuta mal-isports, għannejja, atturi, kantanti, xandara, mużiċisti, artisti, ġurnalisti, awturi u oħrajn.

Charles Casha, mid-Daħla

Additional information

Weight 230.0000 g
Dimensions 20.5 x 13.5 cm
Publisher
Pages 184
ISBN 978-99932-7-594-7
Cover
Year of publication
Note Edizzjoni Nr: 281

Product categories and tags

SKU: 9789993275947 Categories: