Ghamlu Isem – It-Tielet Ktieb

9789993276319
Paperback

In stock

Description

Imma għalija l-iktar li nħoss li Joe jispikka, u li lili jagħtini sodisfazzjon kbir, huwa l-programm tiegħu Għamlu Isem. F’dan il-programm jissemmew diversi personaġġi minn kull qasam tal-ħajja Maltija; u bejn informazzjoni u intervisti, jingħata bosta tagħrif dwarhom. Dan kollu jinvolvi ħafna xogħol u riċerka. Huma programmi li jkabbru l-kultura Maltija, jagħtu informazzjoni u tagħrif li jiswew kemm għal dak ġenerali kif ukoll dik ta’ riċerka għall-ġenerazzjonijiet futuri. Bonġu Kafe u Għamlu Isem huma segwiti ferm mis-semmiegħa. Għalhekk hija inizjattiva ta’ min ifaħħarha li din l-informazzjoni tinġabar f’dawn il-kotba li jġibu l-istess titlu: Għamlu Isem. B’hekk l-informazzjoni tilħaq iktar nies inġenerali u tinżamm ħajja. Huwa wkoll mezz ta’ tkabbir tal-ġid letterarju u Joe Julian ħaqqu ta’ min ifaħħru ta’ dan ix-xogħol, u jħeġġu jkompli jagħtina iktar minn dawn il-programmi u kotba.

Inħossni kburija ferm, Joe Julian, li għalkemm kont għadek żgħir, jien għandi parti, żgħira kemm hi żgħira, mit-tagħlim li jiffurmak.

Maria Mintoff mid-Daħla

Additional information

Weight 260.0000 g
Dimensions 20.5 × 13.4 cm
Publisher
Pages 184
ISBN 9789993276319
Cover
Year of publication
Note Numru: 286

Product categories and tags

SKU: 9789993276319 Categories: