F’Qalbi, Ma Tmut Qatt

9789995716547
Paperback

In stock

Description

Dan il-ktieb jagħti stampa iktar realistika u umana tal-proċess tan-niket u tal-luttu li joħroġ mir-realtà tal-mewt, jew xi telfa kbira, filwaqt li juri kemm huwa importanti li nieħdu din ir-realtà bis-serjetà. Kull meta persuna titlef lil xi ħadd għażiż f’ħajjitha, jew tgħaddi minn xi trawma ta’ mard serju jew telfa sinifikanti, hi tgħaddi minn sensiela ta’ emozzjonijiet spiss tqal u iebsa, ħsibijet u bidliet kemm fiżiċi u kemm emozzjonali. Hu proċess uniku għal kull persuna, jaf ikun qasir, twil u mhux l-ewwel darba li ssib min jipprova jinnegah. Insejħulu luttu. Mal-mixja taż-żmien, il-luttu jibda jonqos però n-niket għat-telfa jibqa’.

Dan il-qari joffri għajnuna prattika u riflessjoni psikoloġika minn lenti pożittiva dwar kif persuna għandha tħaddan il-luttu u s-sogħba quddiem il-mewt jew trawmi oħra tal-ħajja. Dan il-ktieb hu intiż kemm għat-tfal u l-adolexxenti, u anki għall-adulti, minkejja l-fatt li kull telfa, marda serja jew trawma sinifikanti tibqa’ diffiċli ħafna u esperjenza unika għal kulħadd. Għalkemm spiss niftakru fil-mewt, meta nitkellmu minn luttu, ħafna aspetti jaqblu wkoll quddiem esperjenzi iebsa u telfiet oħra kbar fil-ħajja.

Additional information

Weight 300 g
Dimensions 20.5 × 15 cm
Author
Cover
Publisher
Year of publication
ISBN 9789995716547
Pages 220

Product categories and tags

SKU: 9789995716547 Categories: