Description
Dan hu ktieb li ma nkitibx, avolja fih ħafna kitba; anzi ma fih xejn għajr kitba. Għandu storja ftit… mhux neċessarjament stramba, imma xi ftit insolita.
Beda jinkiteb mingħajr ma beda jinkiteb fis-16 ta’ April 2020. Fis-16 ta’ April 2020 miljuni ta’ nies madwar id-dinja kienu msakkrin ġewwa minħabba virus.






