Description
“Mara bħal Mary x’nambiha? Jien irrid mara li ttini bis-sieq. Biex meta r-relazzjoni tibda tirbel u tiżżarrat, ikolli f’min inwaħħal. Mandy mhix mara li ttini bis-sieq: Mandy tħobbni. Kultant iġġibli l-kalmanti mill-ispizerija, ukoll.
“Go vażetti tal-plastik.”
Il-pubblikazzjoni ta’ Inbid ta’ Kuljum – id-debutt letterarju ta’ Guze’ Stagno – fl-2001, titqies minn bosta bħala l-punt ta’ zvolta ghal-letteratura Maltija kontemporanja. Aħrax u onest, giddieb u pastaz, fih ningħataw lemha tad-dinja ta’ madwarna minn għajnejn żagħżugħ li qiegħed ifittex skop għal ħajtu fl-imħabba għal mara miżżewġa. Izda x’inhi l-imħabba hlief illuzjoni oħra?