Description
Kif naraha jien, il-klassi tal-ħaddiema hi bħall-‘ Hotel California’: ‘You can check out any time you like but you can never leave….,’ lanqas jekk iġġib dottorat mis-Sorbonne. Jien u oħrajn bħali aħna fost l-aktar nies żvinturati li jeżistu fid-dinja: twelidna fil-klassi tal-ħaddiema u twelidna b’moħħna tajjeb biżżejjed biex nirrealizzaw f’liema diżastru twelidna. Mulej nitolbok: jekk trid iġġibni wild il-ħaddiem agħmel li ż-żobb trid, imma għall-anqas ġibni stupidu bħalma ġibt lil missirijieti.
Jekk Inbid ta’ Kuljum kien aħrax u pastaż, Xemx, Wisq Sabiħa huwa tassew l-abiss: dak kollu li dejjem għarafna iżda li qatt ma xtaqna nitkellmu dwaru. Id-dwejjaq, il-kruha, il-ħażen, il-vulgarita’ ta’ ġenerazzjoni li ma fadlilha xejn izjed xi tghid.
Stagno jobżoq kollox fi traġikummiedja trash ambjentata fil-ħmieg ta’ Paceville fil-familji working class ta’ Marsaxlokk fil-weekends f’Għawdex, żwieġ għax m’hemmx iżjed x’taghmel U tletin elf lira dejn għall-post.
‘I honestly cannot make up my mind whether Ġuże’ stagno’s Xemx, wisq Sabiħa, is one of the best books in Maltese I’ve ever read, or one of the worst’. Toni Sant






