Metanoia

Anti-rumanz

9789995713430
Paperback

Description

..Kulħadd kien isellimlu b’sudizzjoni hekk kif kien ipassi minn qalb in-nies, mhux biss għax kien professur tal-filosofija ta’ 57 sena ferm rinomat, imma wkoll għall-ġentlomerija li minn dejjem kellu lejn kulħadd; liebes dejjem eleganti għaddej dritt b’pass meqjus li madankollu kont issibu dejjem b’bastun tal-ebanu b’manku tal-bronż indurat bid-deheb.

Kien jgħix f’belt kożmopolitana fl-aktar parti moderna tagħha, karatterizzata bi stil Neoklassiku tas-seklu 18 li kien jikkumplimenta ferm ma’ dak Postmodern. Il-parti antika tagħha – li kienet tinsab fuq ix-xaqliba l-oħra ta’ xmara b’pontijiet eleganti fosthom dawk fuq stil Art Nouveau – kienet tmur lura sas-seklu 13, evoluta taħt diversi forom, minn dak Romanesk li kien jgħaqqad l-antikità mal-era medjevali b’din tal-aħħar sottolinjata bil-katidral Gotiku tal-belt, sar-Rinaxximent u l-Barokk: belt b’binjiet monumentali sintetizzati f’palazzi, teatri, mużewijiet, u ġonna ġeometriċi b’funtani tal-bronż fosthom dawk tas-seklu 16.

Dakinhar il-Professur kien għadu kif wasal minn ġurnata xogħol oħra fl-università – u issa li l-jum kien kważi ntemm, xejn ma ried aktar jekk mhux jasal fl-appartament li kellu fiċ-ċentru tal-belt, jieħu shower sħun, jilbes id-dressing gown, u jkebbes ftit il-pipa li tkun akkumpanjata dejjem b’tazza konjakk fin.
Hekk kif wasal lura f’daru u wettaq l-istess rit li bħal dejjem kien jiġi esegwit b’mod metikoluż, daħal b’reverenza fis-salott, u, bħas-soltu, b’għafsa ta’ qalb, tefa’ ħarstu lejn il-pjanu Steinway, huwa u jwaddab lilu nnifsu f’passat hieni meta kien għadu student ma’ Beatrice fl-università…

Additional information

Weight 130 g
Dimensions 18.5 x 12 cm
Author
Cover
Publisher
Year of publication
ISBN 9789995713430
Pages 120

Product categories and tags

SKU: 9789995713430 Categories: Tags: