Carmel G. Cauchi
Twieled Birkirkara fid-29 ta’ Mejju 1944. Studja l-Liċeo u f’St Michael’s College of Education. Għal 33 sena għallem fi skejjel Primarji differenti u fl-1995 laħaq Assistent Kap ta’ Skola fit-Taqsima tal-Edukazzjoni minn fejn irtira bl-età fl-2005.
Huwa membru attiv fis-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija (M.U.S.E.U.M.) u msieħeb fl-Għaqda Poeti Maltin, fl-Għaqda tal-Malti (Università) u fl-Akkademja tal-Malti.
Il-ġibda għall-kitba ħassha sa minn tfulitu u baqgħet tikber miegħu. Cauchi huwa kittieb ta’ proża, poeżija u drammi. Xogħlijiet tiegħu xxandru fuq il-mezzi tax-xandir, u dehru fil-ġurnali, f’rivisti letterarji u f’antoloġiji kemm lokali kif ukoll barranin. Cauchi kien bosta drabi ppremjat f’konkorsi letterarji lokali u xi drabi wkoll l-Italja. Ingħata fost l-oħrajn il-premju prestiġjuż “Città di Valletta” għall-poeżija fl-1986.
Għal ħames snin konsekuttivi kiteb dramm li bih it-tfal tal-Iskola Primarja ta’ Birkirkara pparteċipaw fil-“Festival ta’ Drama għall-Iskejjel”, u għal tliet darbiet ingħata t-trofew għall-aħjar skript oriġinali.
Għal erba’ darbiet kien fost ir-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb: it-tieni post fit-Taqsima Proża għat-Tfal fl-2002 u fl-2012, l-ewwel post fit-Taqsima Poeżija għat-Tfal fl-2006, u l-ewwel post fit-Taqsima tal-Proża għall-Adolexxenti fl-2011.
Għalkemm hu iktar magħruf fil-qasam tal-kitba għat-tfal Carmel jikteb ukoll għall-kbar u, f’din il-kategorija, sal-lum ippubblika 12-il ktieb originali. Għat-tfal u adolexxenti huwa ħareġ 46 ktieb oriġinali u 12-il traduzzjoni mill-Ingliż u mit-Taljan.
Showing 1–16 of 25 resultsSorted by latest
-

Drama Għad-Diskussjoni
€13.00 Add to basket -

Fil-Keffa tal-Miżien
€7.95 Add to basket -

Iċ-Ċurkett tas-Sultan Spiros
€7.00 Add to basket -

Rigal lil Samantha
€6.00 Add to basket -

Lellux u Peprin
€5.00 Add to basket -

Pass Pass matul is-Sena
€11.99 Add to basket -

Sorpriża għal Lindora
€6.95 Add to basket -

Sardinellu u d-Dar tal-Hares
€9.00 Add to basket -

Id-Dragun tad-Dragonara
€4.90 Add to basket -

Mar-Radd tas-Salib
€12.00 Read more -

Jean-Paul u Sebbelliku
Original price was: €10.00.€4.00Current price is: €4.00. Add to basket -

Wiċċ imb wiċċ mal-verità
Original price was: €6.95.€2.99Current price is: €2.99. Read more -

Iżjed Bawxati ta’ Pietru Pitravu
€7.00 Add to basket
Showing 1–16 of 25 resultsSorted by latest



