Jean-Paul u Sebbelliku

9789995763282
Paperback

In stock

Description

Sebbelliku huwa ġenju dħuli li jitħabbeb  ma’ Jean-Paul b’mod mhux tas-soltu. Għall-ewwel jibda jidhirlu u jkellmu direttament permezz tal-internet minn fuq l-iskrin tal-laptop u tal-ismartphone. Aktar tard, jibda jiltaqa’ miegħu personalment.
 
Fl-ewwel laqgħat Jean-Paul donnu jibża’ minn Sebbelliku minħabba d-dehra stramba tiegħu u l-fatt li l-ġenju jaf ħafna dwaru. Imma mbagħad isiru ħbieb kbar.
 
Il-ġenju jgħid lil Jean-Paul li huwa jaf bix-xewqa sigrieta li għandu u lest li jgħinu jaqta’ din ix-xewqa kbira. Imma l-ewwel iridu jgħaddu flimkien minn bosta avventuri x’aktarx strambi. 
 
Fil-kamra ta’ Jean-Paul ikun hemm armarju fil-ħajt li soltu jerfgħu fih xi ħwejjeġ u oġġetti oħra li ma jkunux jintużaw, imma meta Sebbelliku jgħid lil Jean-Paul jiftħu dan isib indana taraġ li tiżbokka fi Triq ix-Xaradi. Jean-Paul jinżel jimxi tul din it-triq u tibda sensiela ta’ avventuri u problemi li kien jeħtieġlu jsolvi. 
 
Imma, fuq kollox, x’kienet ix-xewqa sigrieta ta’ Jean-Paul? U jirnexxilu Sebbelliku jagħmel li din ix-xewqa sseħħ?

Additional information

Weight 170.0000 g
Dimensions 20.0 x 13.0 cm
Publisher
Pages 140
ISBN 9789995763282
Cover
Year of publication

Product categories and tags

SKU: 9789995763282 Categories: