Description
Id-Dragun tad-Dragonara…
X’kien dak is-sħab iswed imdendel fuq ir-raħal ta’ Ħal Parsott? Għaliex il-murtali tal-festa ma kinux qegħdin jieħdu? Għaliex Teo kien qed jiġi mwarrab mil-Parsottin kollha? X’kien is-sigriet li Teo kellu ma’ dik is-siġra kbira tat-tin? Ta’ min kien dak il-leħen misterjuż li kellem lil Teo? Għaliex dak il-leħen bagħat lil Teo jiltaqa’ mad-Dragun tad-Dargonara? X’ġara wara l-laqgħa li Teo kellu mad-Dragun?






