Iċ-Ċurkett tas-Sultan Spiros

9789918211241
Paperback

Description

Andreas kien tifel fqir u twajjeb, jirgħa n-nagħaġ u l-mogħoż f’raħal żgħir fil-Ġreċja Antika. Waqt li l-merħla tkun tirgħa kien jieħu gost idoqq arpa żgħira li kienet tifkira ta’ missieru mejjet. Imma tliet subien oħra, kattivi u mqarbin kienu jħobbu jinbxuh, jgħajruh u jiddieħku bih.

Ġriet ix-xniegħa li fir-raħal kien ġej is-Sultan u jiltaqa’ miegħu, imma dan baqa’ ma deherx. Sadattant, tfaċċa raġel xwejjaħ liebes imċerċer li wkoll ġie trattat ħażin mit-tfal kattivi. Ittantawh, daħku bih, għajruh u waqqgħuh mal-art. Meta telqu, Andreas offrielu bieqja ħalib. Ix-xwejjaħ ħa gost jixrobha bil-mod.

Qabel ma telaq, ix-xwejjaħ offra lit-tifel ċurkett sabiħ, imma ried mingħandu l-arpa ċkejkna. Qallu li dak iċ-ċurkett kien tilfu s-Sultan u kien se jagħti rigal sabiħ lil min isibhulu. Imma Andreas ma xtaqx iċedi l-arpa għax dik kienet tifkira ta’ missieru . . .

Additional information

Weight 120 g
Dimensions 20.9 × 14.6 cm
Author
Cover
Language Maltese
Publisher
Year of publication
Pages 96
ISBN 9789918211241

Product categories and tags

SKU: 9789918211241 Categories: